Ageing, Disability & Home Care

  • High contrast version
  • Increase the text size
  • Decrease the text size
  • Print this page

Maltese

Malti

X’inhu l-Ageing, Disability and Home Care?

Ageing, Disability and Home Care (ADHC) hu dipartiment tal-Gvern ta’ NSW li jissapportja:

  • anzjani
  • persuni b’diżabilità
  • il-familji tagħhom jew persuni li jieħdu ħsiebhom.

X’inhi diżabilità?

Dak li jkun jista’ jkollu diżabilità jekk ikun isib l-affarijiet ta’ kuljum diffiċli. Pereżempju, fit-tagħlim, biex jaħsibha sewwa dwar xi ħaġa, jara, jisma’, jitkellem u jmur minn banda għal oħra.

X’tipi ta’ għajnuniet hemm?

Hemm tipi differenti ta’ sapport għal dawk li għandhom diżabilità dejjem skont il-bżonnijiet tagħhom. Xi eżempji jinkludu sapport biex:

  • tikseb tagħrif u parir dwar servizzi li jgħoddu għalik
  • tikkonsidra x’għandek bżonn u għajnuna biex tippjana ħajtek
  • tgħix ħajja aktar indipendenti f’darek waħdek jew ma’ persuni oħra
  • tifhem id-diżabilità tat-tifel/tifla tiegħek u x’sapport hemm
  • titgħallem ħiliet ġodda għax-xogħol u attivitajiet soċjali
  • tkun parti mill-komunità tiegħek
  • tagħmilha eħfef biex tagħmel attivitajiet ta’ kuljum bħal ngħidu aħna biex tiekol, tmur minn banda għal oħra, u biex titħaddet
  • tikseb għajnuniet u apparat li jgħinuk
  • tieħu żmien qasir ta’ serħan (break) waqt li l-familja tiegħek jew il-kerer jistrieħ.

Min jipprovdi s-sapport?

Il-biċċa l-kbira ta’ sapport jingħata minn organizzazzjonijiet fil-komunità lokali tiegħek li huma ffinanzjati mill-ADHC. Xi wħud minn dan is-sapport jingħata minn persuni li jaħdmu għall-ADHC.

L-ADHC qed taħdem biex tgħin persuni b’diżabilità u l-familji tagħhom biex ikollhom aktar għażliet dwar is-sapport li jkun jgħodd għall-bżonnijiethom u għal-ħajjiethom.

Kif nista’ nikseb aktar tagħrif?

Għal aktar tagħrif dwar għajnuna għalik jew għall-familja tiegħek, ċempel lit-tim tat-Tagħrif, Riferiment u Dħul (Information, Referral and Intake team) fiż-żona lokali tiegħek.

Jekk int trux, jew għandek impediment tas-smigħ jew impediment tat-taħdit, agħżel numru tat-telefon għas-servizz lokali tiegħek u kkuntattjana permezz tan-National Relay Service:

  • Jekk tużaw it-TTY ċemplu 133 677 u mbagħad staqsu għan-numru tat-telefon għas-servizz magħżul minnek.
  • Jekk tużaw l-iSpeak and Listen (titkellem u tisma’) ċemplu 1300 555 727 imbagħad staqsu għan-numru tat-telefon għas-servizz magħżul minnek.

Jekk għandek bżonn għajnuna fil-lingwa tiegħek jekk jogħġbok ċempel is-Servizz tat-Traduzzjoni u l-Interpretar (TIS) fuq 131 450.

Display this in English

If you need assistance in a language other than English to understand this information, please call the Translating and Interpreting Service (TIS) on 131 450.

Back to: top | ADHC home page